Patrick Curmi
Intervista mal-Coach Patrick Curmi
Għandi 52 sena u ili fil-futbol għal dawn l-aħħar 24 sena. Bdejt il-Coaching fin-nursery tal-Ħamrun u bil-mod bqajt tiela’ sakemm ta’ 38 sena sirt Coach tal-Ħamrun fil-Premier. Kelli ħafna esperjenzi f’ nurseries oħra fejn mal-Pieta’ Hotspurts erbaħt ukoll il-Kampjonati ta’ taħt is-16 u 18 –il sena. Fl-aħħar 10 snin kont dejjem involut ma timijiet tal-Kampjonat Premier bħal Msida St. Joseph’ s, Marsaxlokk, Birkirkara u Tarxien Rainbows.
more details »
Kenneth Costantino
Kenneth Costantino huwa l-coach tal-klabb. Ilu jokkupa dil-kariga ghal dawn l-ahhar sentejn. Ghandu 36 sena u hu mizzeweg u ghandu zewg itfal. Kenneth ghandu il-mara tieghu Sharon li tilghab il-footbal fil-pozizzjoni ta' goalkeeper u tilghab ukoll mat-tim nazzjonali tan-nisa.
L-ikel favorit ta' Kenneth huwa l-indjan. Bhala passatempi ohra ghandu l-karozzi u personal training. Bhala team barrani li jissaportja huwa it-team taljan ta' Napli.
more details »
Tony Azzoppardi
Tony Azzopardi huwa s-segretarju tal-klabb. Ilu jokkupa dil-kariga mil-1999, wara li kien dahal membru fl-1997. Ghandu 44 sena u hu guvni. Tony ghandu huh Alex li huwa wkoll il-kaxxier tal-ghaqda tar-regatta gewwa Birzebbuga.
L-ikel favorit ta' Tony huwa l-hut u l-ikel ciniz. Bhala passatempi ohra ghandu l-qari fejn ukoll huwa l-editur u l-fundatur tar-rivista tal-klabb. It-team malti li huwa jissaportja huwa Birzebbuga SP u bhala dak barrani huwa it-team taljan ta' Juventus. Bhala players favoriti fil-prezent ma ghandu lil hadd mentri dak tal-passat huwa Michel Platini.
more details »
Joseph Mangion
Joseph Mangion, jew inkella kif inhu maghruf man-nies ta' Birzebbuga bhal l-JJ huwa l-president tal-klabb. Ilu jokkupa dil-kariga mil-2006. Ghandu 56 sena, mizzeweg u ghandu tifel jismu Christopher.
L-ikel favorit huwa l-hut u l-ikel Malti. Bhala passatempi ohra barra l-football ihobb hafna l-mixi u jilghab il-billiard. It-team malti li huwa jissaportja bla dubju huwa Birzebbuga u bhala team barrani jissaportja lil Manchester United. Bhala player lokali joghgbu hafna Michael Mifsud u bhala dak barrani joghbu hafna Paul Scholes
more details »